IŻJED GĦAJNUNA LIL ĠENITURI PROSPETTIVI FL-IVF

Описание к видео IŻJED GĦAJNUNA LIL ĠENITURI PROSPETTIVI FL-IVF

ONE.COM.MT • F’laqgħa oħra ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-baġit li jmiss, ġenituri self-employed u għaddejjin minn trattament tal-IVF se jgawdu sa mitt siegħa leave u dan se jitħallas mill-Gvern.

KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: OPM

Fil-baġit, li se jitħabbar ix-xahar id-dieħel, persuni li jaħdmu għal rashom u għaddejjin minn trattament tal-IVF se jibdew igawdu sa 100 siegħa leave mħallas mill-Gvern waqt li jkunu għaddejjin miċ-ċiklu tat-trattament meħtieġ.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa ta’ konsultazzjoni oħra ta’ qabel il-baġit, din id-darba mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji. Din il-laqgħa saret fil-kumpanija NM Group fin-Naxxar, fejn Dr Abela kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ mat-tmexxija tagħha u mal-ħaddiema.

Filwaqt li fil-laqgħa ta’ konsultazzjoni, il-Prim Ministru u d-delegazzjoni mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji ddiskutew il-proposti għall-baġit li jmiss, Dr Abela spjega li ommijiet li huma self-employed issa se jibdew jingħataw 60 siegħa ta’ leave imħallas, filwaqt li t-tieni ġenitur prospettiv, li jkun self-employed, ukoll ikun intitolat għal 40 siegħa oħra waqt li jkunu għaddejjin biċ-ċiklu tal-IVF.

ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU

“Allura li ħsibna kien li nagħtu inċentiv lil dawk li jibbenefikaw minnu min hu in employment, jiġifieri dawk ekwivalenti f’100 siegħa leave li jingħata f’benefiċċju lil dawk li huma self-employed u li jkunu qegħdin għaddejjin minn trattament tal-IVF.”


B’rabta man-negozji żgħar u medji, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka kif dawn huma s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Għalhekk sostna l-importanza li, bħala Gvern, tibqa’ titwassal pożizzjoni ċara anke fil-fora Ewropej dwar il-kompetittività ta’ pajjiżna bħala parti mis-Suq Waħdieni tal-Unjoni Ewropea.

Għal-laqgħa mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru Ian Borg, il-Ministri Clayton Bartolo, Miriam Dalli u Clyde Caruana, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mark Mallia.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке