Dolore - Banda Ċittadina Leone

Описание к видео Dolore - Banda Ċittadina Leone

Il-marċ funebri 'Dolore!!!' tal-Mro. Giovanni Gianpiccolo Giumarra. Dan huwa parti mis-sett doppju (Double-CD), li jġorr l-istem tal-istess marċ. Dan is-sett doppju nħareġ mis-Soċjetà Filarmonika Leone fl-2007 u huwa ġabra tax-xogħol tal-istess Surmast Giumarra. Iddoqq il-Banda Ċittadina Leone tal-Belt Victoria.

Ix-xogħol tal-Mro. Giumarra għamel impatt fuq ix-xena mużikali Maltija fil-bidu tas-seklu għoxrin, b'mużika espressiva u b'dinamika mhux tipika tal-mużika tal-banda f'dawk iż-żminijiet. L-armonija fil-kitbiet mużikali tiegħu hija tipika ta' mużika miktuba fl-Italja lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Il-mużika ta' Giumarra hija minsuġa fl-idjoma romanika Taljana.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке