IĊĊELEBRATA L-FESTA TA’ SAN PAWL NAWFRAGU FIL-BELT VALLETTA

Описание к видео IĊĊELEBRATA L-FESTA TA’ SAN PAWL NAWFRAGU FIL-BELT VALLETTA

ONE.COM.MT •



Bħalissa tinsab għaddejja l-festa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta.

Din il-festa, li qed tiġi ċċelebrata aktar tard mis-soltu minħabba l-Karnival, bdiet b’quddiesa pontifikali u kompliet bil-marċ popolari tas-siegħa.

Il-qofol intlaħaq bil-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl u r-relikwa tad-Driegħ Miraklouż.



IĊĊELEBRATA L-FESTA TA’ SAN PAWL NAWFRAGU FIL-BELT VALLETTA



Nhar is-Sibt, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, wara li kellha tiġi posposta minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, li saru fil-kapitali wkoll.

Iċ-ċelebrazzjonijiet għal din il-festa nazzjonali bdew filgħodu b’Quddiesa pontifikali, iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna, li waqt l-omelija rrefera għall-ħames doni li jsemmi l-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila, fl-Innu Malti, u li huma wkoll ħames doni li San Pawl għallem lill-poplu Malti dwarhom.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni, kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President George Vella, u l-Prim Ministru Robert Abela.

Aktar tard, crew minn dan l-istazzjon, niżel ukoll fil-marċ tradizzjonali tas-siegħa, imtella’ mill-Għaqda tal-Pawlini, bis-sehem ukoll tal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, biex jiġbor is-sentiment ta’ dawk preżenti, fosthom is-surmast tal-istess banda, La Vallette, Dominic Darmanin.



Il-qofol tal-festa ntlaħaq bil-purċissjoni wara l-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl u relikwa tad-Driegħ Mirakoluż, qalb it-toroq tal-Belt Kapitali.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке