Ġmiel Li Jsaħħar - Feature Hamis 2023

Описание к видео Ġmiel Li Jsaħħar - Feature Hamis 2023

"Araw ftit x'umbrellun għandna, tħares lejh tibqa' bla kliem!" 🤩

Eżattament xhar wara il-marċ grandjuż tal-Ħniena, fejn l-umbrellun tax-Xewkin żżanżan għall-ewwel darba b'għoxrin bandalora kompluta mdendla mal-kapitell.

Nieħdu l-opportunita sabiex nerġgħu nirringrazzjaw minn qalbna lil pittur bravu Xewki Paul Falzon li ħadem fuq d-disinn eleborat u fuq l-għoxrin bandalora tant mpittrin b'attenzjoni għall-ifjen dettalji. Miegħu flimkien ma' tant membri, ex-membri u voluntiera barra mill-kumitat stess ħloqna proġett ambizzjuż, meraviljuż u fuq kollox impressjonanti minn kull aspett.

L-umbrellun, opra tal-arti kolossali, verament ikona fil-gzejjer Maltin fl-għamla, fid-dimensjoni u fix-xogħol tal-arti, jagħmilna kburin bih aktar u aktar għaliex irnexxilna nagħmluh kollu minn idejn Xewkin stess! 😎

Комментарии

Информация по комментариям в разработке