ŻMIEN AKTAR KWIET FL-IMĦAŻEN TAL-KARNIVAL

Описание к видео ŻMIEN AKTAR KWIET FL-IMĦAŻEN TAL-KARNIVAL

ONE.COM.MT • F’maħżen tal-karnival minflok karru m’għola hawn din is-sena qed jinħadem wieħed fuq skala iżgħar.
Dan hekk kif minħabba ż-żmien li qed ngħixu fih fil-preżent ma’ jippermettix illi l-karnival isir kif imdorrijin narawh. Madankollu, dan iż-żmien xorta se jiġi ċċelebrat permezz ta’ karrijiet żgħar imqassma f’postijiet prominenti madwar Malta.
Żorna maħżen tal-Karnival fi żmien dawn il-festi fejn is-soltu jkun hemm attività ma taqta’ xejn.

KITBA: LEANNE ABELA GRECH
FILMAT: CHRIST BORG

Minn maħżen mimli nies b’attività li ma taqta’ xejn, din is-sena huma biss sitta minn nies li qed jaħdmu fuq karru ta’ skala ferm iżgħar.
Żorna l-maħżen tal-karnival tal-kumpanija Tal-Landa fejn hemmhekk qed isir xogħol fuq il-karru tar-re tal-karnival.
Clyde Axisa, wieħed mid-dilettanti li qed jaħdmu fuq dan il-karru spjegalna d-differenza li qed jesperjenza din is-sena kkomparat mas-snin ta’ qabel.

CLYDE AXISA
DILETTANT TAL-KARNIVAL
“Żmien il-Milied huwa differenti ħafna għalina din is-sena, is-soltu lanqas inkunu nafu li ġej il-Milied. Jiġifieri bħal dan iż-żmien is-soltu ġieli nkunu ħmistax, għoxrin ruħ hawnhekk, kulħadd għaddejj gas down fuq il-karru l-kbir tar-re tal-karnival. Din is-sena qed inkunu ħamsa, sitt min-nies.”

Din is-sena il-karnival se jkun differenti minn dawk li aħna mdorrijin naraw, hekk kif din is-sena Festivals Malta talbet lid-dilettanti biex jaħdmu fuq karrijiet ta’ tliet metri bi tlieta u għoli ta’ ħames metri biex jiżżejnu uħud mill-postijiet prominenti f’Malta.

Ir-re se jkun qed jilqa’ lil dawk li jkunu deħlin lejn il-kapitali, b’disinn li jfakkar iż-żmien li għaddejjin minnu b’tama għall-ġejjieni aħjar.

Madanakollu, d-dilettanti xorta waħda qed iħossu n-nuqqas tal-eċitament li jġib miegħu kull sena l-Karnival.

CLYDE AXISA
DILETTANT TAL-KARNIVAL
“Weġa’ ta’ qalb għalina d-dilettanti li aħna kull sena nistennew iż-żmien ta’ Frar biex nipprattikaw id-delizzju tagħha, hija ħafna differenti. Qed nagħmlu karru żgħir, ħa jsiru karrijiet żgħar illi ħa jkunu mqasmin madwar Malta. Ix-xogħol ma tikkomparahx minn wieħed għall-ieħor, però mill-mitluf qed nieħdu li nistgħu u nipprovaw illi fi Frar il-poplu Malti xorta jieħu pjaċir kif jista’ minkejja l-problemi kollha li d-dinja għaddejja minnhom fi żmien il-pandemija.”

Комментарии

Информация по комментариям в разработке