Festa Marija Annunzjata Ħal Tarxien 2023 - Feature tal-Ħamis tal-Festa 18 ta' Mejju 2023

Описание к видео Festa Marija Annunzjata Ħal Tarxien 2023 - Feature tal-Ħamis tal-Festa 18 ta' Mejju 2023

Wara s-suċċess fenomenali tal-feature li preżentajna fis-sena 2022, l-ormaj famuż feature bin-numri, kien hemm xi talin li sfidawna li ma aħniex kapaċi ngħaqdu l-alfabett kollu.

U mela żigg! Sfidawna! U aħna aċċettajna. Ara aħna hux ser noqgħodu lura mill-isfidi?! Aħna baħrin tal-maltemp u l-isfidi nidħlulhom bir-ras. Nies tal-affari tagħna kemm trid. Tfal sew li nieħdu gost b’min jiġi magħna u jieħu pjaċir b’dak kollu li nagħmlu għall-Festa Titulari tal-Lunzjata. Nies onesti li jaħdmu fis-skiet. Nies bieżla u ħawtiela. U li kollox tagħna f'tagħna.
Madankollu m'aħniex tfal kesħin. Għalkemm, ejja ngħiduha kif inhi: mhux għax ma għandniex biex nitkessħu ta! Imma m'aħniex tfal ta' hekk!
Insomma, jgħidu x’jgħidu, dan huwa l-feature tal-festa 2023, is-sena anniversarja tat-30 sena tas-Sezzjoni Zghazagh u Partitarji, sena ta' sfidi kbar ta' temp, imma li uriet lil kulħadd x'festa kbira tassew nagħmlu lil Marija Annunzjata, Patruna ta' Hal Tarxien.

Għalhekk dan hu l-feature tal-Festa Titulari tal-Lunzjata skont l-alfabett kollu Malti. Anzi, kieku rridu verament nitkessħu, dan il-feature anke bl-alfabett Grieg, jew Għarbi, jew Ċiniż jew tal-Feniċi nagħmluh. Jew anke bil-ġeroglifiċi Eġizzjani jew tal-Mayas antiki, imma ħadd ma jifhimna
Mela, hold on and enjoy!


#30senaKburin
#vmafestaTarxien2023

Комментарии

Информация по комментариям в разработке