Lill-Bambina, Il-Gawhra ta' Qalbna

Описание к видео Lill-Bambina, Il-Gawhra ta' Qalbna

B'harstek fissa lejn is-sema,
titlob b'herqa lill-Hallieq,
illi ghazlek sa mill-bidu,
biex tkun l-Omm tal-wild mixtieq.

U kif l-Iben tana lilek,
biex tkun Ommna, fuq salib,
beltna laqghet lil xbihetek,
biex tharisna f'kull tigrib.

O Bambina sbejha taghna,
O Sultana tal-bnedmin,
jixraq ismek lill-belt taghna,
qatt mirbuha tul is-snin.

O Patruna tal-qalb taghna,
Principessa tac-ckejknin,
sirt il-warda Sengleana,
sirt il-gawhra tal-Maltin ... tal-Maltin.

Kemm talbuk missirijietna,
meta l-mewg le kien hafif,
kemm dmugh gelben minn ghajnejhom,
xhin raw jikber it-tigrif.

Imma int bqajt wieqfa f'nofshom,
donnok arka fl-ilmijiet,
minn fejn kont bdejt il-vjagg tieghek,
sa ma siktu l-aghar mewgiet.

O Bambina sbejha taghna, ...

U kif hlist lil ommijietna,
f'halq il-mewt bil-guh, bil-ghatx,
hares lilna u lil uliedna,
biex fil-mewg nimtlew b'kuragg.

Dawwal ruhna bl-akbar fidi,
bhar-raggiera b'lewn fiddien,
biex bhall-angli mdawra mieghek,
ingawduk kull hin flimkien.

O Bambina sbejha taghna, ...

Kitba : Stefano Farrugia, L-Imqabba
Kompozizzjoni : Mro. Ray Sciberras
Kant : Michael Chetcuti u Ina Robinich

3 ta Settembru 2014

Комментарии

Информация по комментариям в разработке