Ħtija Tiegħu - Pageant fit-Toroq tal-Marsa

Описание к видео Ħtija Tiegħu - Pageant fit-Toroq tal-Marsa

Ħtija Tiegħu? - Pageant fit-Toroq tal-Marsa, nhar il-Ħadd 2 t' April 2023

Il-Pageant Group Marija Reġina Marsa ser jtellha Pageant fit-toroq tal-Marsa lil bidu tiegħu jibda fil-5pm bi ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta' Marija Reġina fit-Triq Nerik Sacco l-Marsa.

Il-bidu ta' dan l-Pageant jibda bil-parata tas-suldati rumani seġwita bil-Kundanna għal mewt ta' Sidna Ġesu Kristu.

Matul dan l-Pageant ser nkunu qed naraw għadd ta' personaġġi mit-testment l-ġid u l-antik li bil-vestwarju tagħhom ser isebħu t-toroq Marsin u jdaħluna aktar fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Apparti dan ser naraw ukoll ġrajjiet mill-ħajja ta' Kristu tul t-toroq Marsin u naraw x' wasal biex Ġesu gie ikkundanat għal mewt. Fit-tmien ta' dan il-Pageant, l-Group ser jkun qed jtellha rapprezentazzjoni tat-Tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta' Kristu.

Ma' dan il-Pageant ser jieħdu seħem ukoll l-1st Marsa Scouts Group, l-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin dik ta' Marija Reġina kif ukoll tat-Trinita Qaddisa.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке