IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA

Описание к видео IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA

ONE.COM.MT •


Fis-servizz li jmiss se nlaqqgħukom mal-Mostin li tkellmu mal-mikrofonu tagħna dwar il-proġett tal-Pjazza li bħalissa għaddejja ħidma sfieqa fuqu.


IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA

Meta ninsabu jiem biss il-bogħod mill-festa ta’ Santa Marija, One News is-Sibt filgħodu sebaħ fil-pjazza ewlenija tal-Mosta fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet li huma ntiżi sabiex itejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-Mostin u tan-negozji f’dawn l-inħawi.

L-għan prinċipali ta’dan il-proġett massiv li ilu snin maħsub li jsir imma li qatt ma sar, huwa li l-pjazza sservi ta’ spazju li fil-perspettiva infrastrutturali tagħha tkompli tiżboq l-investiment tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u Infrastructure Malta.

Il-perit tal-proġett Antoine Zammit spjegalna li dan il-proġett jifforma parti minn strateġija aktar wiesa' li tnediet fil-proġett Slow Streets fil-Mosta. Il-ħsieb huwa li jkunu mtejjba s-servizzi u l-faċilitajiet pubbliċi f'żona pedonali u fl-istess ħin jinħolqu spazji pubbliċi urbani ġodda filwaqt li jkunu mtejjba ż-żoni pubbliċi li diġa jeżistu.

Il-proġett ħa jkun jinkludi reviżjoni fl-immaniġġjar tat-traffiku, sabiex jiġi kkontrollati l-vetturi li jgħaddu miċ-ċentru, u titnaqqas il-veloċità tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu jinħolqu aktar spazji pedonali siguri u aktar korsiji għaċ-ċiklisti.

Meta jkun meħtieġ, dan il-proġett se jiffaċilita’ l-għeluq tal-pjazza.

Ħadna l-opportunita' li nitkellmu ma’ xi parruċani li nżertaw fil-pjazza, u tlabnihom jgħidulna kif ħa jaffetwahom dan il-proġett la darba jkun lest.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке