Henry Frendo - Short Documentary Film

Описание к видео Henry Frendo - Short Documentary Film

Il-Professur Henry Frendo rebaħ il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2022.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħejja dan id-dokumentarju qasir dwar il-karriera akkademika u letterarja tiegħu, bi produzzjoni ta' Blank Canvas Creatives.

Frendo faċilment jitqies bħala pilastru fid-dokumentazzjoni storika ta’ Malta u fl-analiżi tal-qagħda ġeopolitika tal-pajjiż tul iż-żminijiet, speċjalment minn żmien l-Ingliżi ’l quddiem.

Il-korpus letterarju ta’ tiegħu jirrivolvi madwar temi tal-istorja Maltija mill-1798 ’il quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mal-imperjaliżmu, in-nazzjonaliżmu, id-dekolonizzazzjoni, il-postkolonjaliżmu, il-ġurnaliżmu, il-migrazzjoni, u l-etniċità. Oqsma oħra ta’ interess għall-awtur, u li jxebilku mal-bqija tat-temi msemmija huma l-bilingwiżmu, ir-relazzjoni bejn il-lingwa u n-nazzjonalità, il-kultura, u l-istat.

Aktar informazzjoni: https://ktieb.org.mt/news/henry-frend...

***

Professor Henry Frendo was the recipient of the 2022 Lifetime Achievement Award.

The National Book Council of Malta commissioned this short documentary film about the literary and academic career of Frendo, delivered by Blank Canvas Creatives.

Frendo has penned priceless contributions to Maltese historical documentation, as well as for his analysis of Malta’s geopolitical status through time, especially from Malta’s time as an English colony to this day.

His literary publications centre on themes revolving around the History of Malta from 1978 onwards, especially aspects concerning imperialism, nationalism, decolonisation, post colonisation, journalism, migration and ethnicity. Other prevalent themes that appeal to the author’s literary endeavours include bilingualism, the relationship between language and nationality, culture and the state.

More information: https://ktieb.org.mt/en/news/henry-fr...

Комментарии

Информация по комментариям в разработке