Glen Vella - Ħarsa Biss - Mużika Mużika (FKM) 2021 (SF)

Описание к видео Glen Vella - Ħarsa Biss - Mużika Mużika (FKM) 2021 (SF)

Glen Vella - Ħarsa Biss (Philip Vella / Joe Julian Farrugia) - Mużika Mużika (FKM) 2021 (SF) - Copyright 2021 Festival Malta/Mużika Mużika/KulturaMalta/PBS Malta Limited/Authors. All Rights Reserved.

Lirika - Ħarsa Biss
.
Se nħalli d-dawl mixgħul
fittex itla’, l-ħin għaddej
bla tħalli ’l ħadd jarak
ftit ħin għalina t-tnej’
.
Jekk ma tistax ibgħatli messaġġ
nifhimha s-sitwazzjoni
ipprova ċċaħħadnix, nibqa’ nistenniek...
.
Ħarsa biss u nkun tiegħek
ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art
issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart
ebda rabtiet ma jegħlbu tqanqilietna.
Dak li tfisser għalija
żgur li ħadd ma jifhmu ħlief jien
qalbi tfawwar, fjamma li titħeġġeġ nirien
qatt ma nkun jien daqs meta nkunu bejnietna.
.
Kull darba li tkun hawn
ħeffa kbira kontra l-ħin
jitwaħħdu n-nifsijiet
suritna meħlusin
.
Fuq spallti nħoss xufftejk mixtiqin
xewk xewk is-sensazzjoni
idejk jiżżerżqu fuqi bħax-xemx fil-ksieħ...
.
Ħarsa biss u nkun tiegħek eċċ...
.
Ħarsa biss u nkun tiegħek
ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art
issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart
dejjem nixtieqhom dal-mumenti bejnietna.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке