Sensiela Fanali Phonics - Programm ta' qari

Описание к видео Sensiela Fanali Phonics - Programm ta' qari

Il-programm Sensiela Fanali jipprovdi l-pedament neċessarju sabiex it-tfal jitgħallmu jaqraw b’mod sistematiku u gradat. L-ittri tal-alfabett jiġu ppreżentati fi gruppi żgħar fejn tingħata importanza lill-ħoss li kull ittra tirrappreżenta. L-istudenti jiġu mgħallma jħossu l-ittri biex jaqraw, jgħidu l-ħsejjes u biex jiktbu huma. Fil-bidu jiġu ppreżentati b’kelmiet qosra ta’ żewġ u tliet ittri (KV/KVK) u aktar tard jibda jiżdied kliem itwal kif ukoll l-artiklu u l-prepożizzjonijiet magħqudin mal-artiklu qabel il-kliem. Tingħata attenzjoni għat-tul tal-ħsejjes tal-vokali f’pożizzjonijiet differenti fil-kelma u anke l-ħoss artab li jakkwistaw il-konsonanti qawwija li jaħbtu f’tarf il-kelma. Kull livell f’din is-sensiela jikkonsisti f’numru ta’ kotba - bejn 8 u 10 - sabiex ikun hemm it-taħriġ u t-tisħiħ xieraq f’kull fażi ta’ dan il-programm.
Dan il-programm jinkludi wkoll għadd ta’ riżorsi li jikkomplimentaw il-kotba u jgħinu lill-għalliema u l-ġenituri fit-twettiq tal-programm.

Il-kotba kollha fis-Sensiela Fanali jinkludu l-awdjo. Biex tisma’ l-awdjo tal-istorja u għal aktar tagħrif, żur is-sit https://bdlbooks.com/sf

https://bdlbooks.com/?s=sensiela+fana...

Комментарии

Информация по комментариям в разработке