Marius

Описание к видео Marius

B’lewn aħmar nar, ta’ Ġorġi aħna l-kbar, Konna w nibqaw fost l-aħjar.
Sew magħrufin, ma’ Malta msemmijin, tal-iStilla mlaqqmin.
Ma’ dil-banda lkoll miġbura,
L-Istillieri magħqudin,
Dominanza assoluta,
Ġmiel u lussu ta’ każin.
(x2)

Statwa li tgħaxxaq lill-għajnejn,
Li tlaħqu magħna mnejn sa fejn?
L-Anici fuqkom ħodor nibbrillaw
Dal-ġmiel qed taraw
L-istatwa tal-Patrun,
Din hi kapolavur,
Il-ġawhra tagħna San Ġorġ bik kburin,
Missier tagħna l-Qormin.
(x2)

Parroċċa Ġorġjana,
B’Knisja Kolleġġjata,
Antika w setgħana,
Unur tal-Qormin.

Bix-xejn kemm ftaħartu,
Tidhru l’imxenqin,
Kif tistaw tilħquna?
Ittikom raskom j’għajjurin.

B’dan l-armar nordmukom,
Bin-nar inkaxkrukom,
B’dil-festa nġennukom,
Għalxejn tittamaw.

Ħodor komplu xxenqu,
Kiefer da d-destin,
Ħudu ftit paċenzja,
Warajna tibqaw ja msejknin.
(x2)

Комментарии

Информация по комментариям в разработке