ELUF JIMLEW IT-TOROQ TAL-ĦAMRUN GĦALL-FESTA TA’ SAN GEJTANU

Описание к видео ELUF JIMLEW IT-TOROQ TAL-ĦAMRUN GĦALL-FESTA TA’ SAN GEJTANU

ONE.COM.MT • Illum l-ewwel Ħadd ta’ Awwissu, ma naqasx li t-toroq tal-Ħamrun jimtlew b’eluf li attendew għall-festa ta’ San Gejtanu wara nuqqas ta’ żewġt isjuf minħabba l-pandemija.
Bħal kull sena dan l-istazzjon żar parti mill-qofol tal-festa esterna; il-marċ tradizzjonali tal-Ħadd.

KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: BJORN BONELLO

“Wara nuqqas ta’ sentejn l-istaġun tal-festi reġa’ daħal ġmielu l-istess jista’ jingħad għall-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun fejn evidentament eluf ta’ Maltin ġew biex igawdu din il-festa.”

Taħt xemx taqli l-ankri fl-eqqel t’Awwissu, Triq il-Kbira fil-Ħamrun inħonqot b’eluf ta’ persuni li għażlu li jqattgħu l-jum tal-Ħadd fil-festa ta’ San Gejtanu.
Ma naqsux ukoll l-ilwien l-ilwien ħomor u blu taż-żewġ għaqdiet; l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, magħrufa bħala tat-Tamal u s-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, magħrufa bħala tal-Miskina.
Spikka l-għatx ta’ bosta li setgħu jattendu l-marċ kif jafuh qabel il-pandemija, wara żewġt isjuf bla ċelebrazzjonijiet minħabba l-imxija tal-Covid-19.

“Jiena mill-Ħamun imma noqgħod l-Imġarr imma ma nfallihiex il-festa no way.”
“Hawn ħafna nies din is-sena, ovvjament mistennija li jkun hawn ħafna nies u l-atmosfera wkoll tajba ħafna.”
“Bil-kbir issa.”
“Ħadida ta’ veru.”
“Qed inħossni li qisni erġajt ġejt għall-festa l-ewwel darba.”
“Xi ħaġa li ilna nistennewha wkoll, ħafna nistennewha.”
“Indur ħafna festi imma tal-Ħamrun naħseb xi ħaġa spejċali.”
“Meta tara dan l-aħmar kollu iktar u iktar, Viva tat-Tamal.”
“Festa sabiħa ovvjament u tattira ħafna nies.”
“Ma jistax ikun aħjar milli hi.”
“L-isbaħ festa li hawn, ġewwa l-Ħamrun.”

Комментарии

Информация по комментариям в разработке