Tal-Mażżri – Għaqda tal-Pawlini A.D. 1970 - Valletta

Описание к видео Tal-Mażżri – Għaqda tal-Pawlini A.D. 1970 - Valletta

F'din is-sena li ser twassalna sabiex infakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tal-Pawlini, l-istess Għaqda derilha li jkun xieraq jiġi inawgurat innu marċ ġdid f'ġieħ l-Appostlu Missierna San Pawl - patrun tal-Belt Valletta.

Is-Sur Roderick Abela offra ġentilment li jirregala dan il-marċ lill-Għaqda u għalhekk ġie avviċinat il-kompożitur bravu l-Mro. Raymond Sciberras sabiex jikkomponi l-mużika.

Aktar 'l quddiem, is-Sur Stephen Baldacchino, membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda tal-Pawlini, kiteb il-lirika għal dan il-marċ u s-Sur Stephen Mizzi, Pawlin bħalna, kantah kif inhu tradizzjoni għal marċi popolari Beltin.

It-titlu "Tal-Mażżri" jirreferi għan-niżla li tinsab fi Triq San Pawl bejn Triq Melita u Triq San Ġwann li fiha jilħaq il-qofol tiegħu l-marċ tradizzjonali tal-festa tagħna. Din iż-żona hija magħrufa hekk mill-Pawlini Beltin.

Il-vidjo sar minn Carl Farrugia, membru tal-Fergħa Żgħażagħ, b'filmati tiegħu stess.

Illum it-18 ta' Jannar 2019, jum qabel il-bidu uffiċċjali tal-festa, l-Għaqda qed tirregala dan l-innu marċ lill-partitarji kollha Pawlini Maltin u Għawdxin, sabiex fil-ġranet li ġejjin ikun jista' jitgawda matul it-toroq tal-Belt Valletta.

Kull dritt miżmum. © Għaqda tal-Pawlini A.D.1970, 2019

Комментарии

Информация по комментариям в разработке