L-Għanja tal-Poeta - Lyric Video | Festa Santa Marija Rabat Għawdex

Описание к видео L-Għanja tal-Poeta - Lyric Video | Festa Santa Marija Rabat Għawdex

Din id-diska tindaqq fil-Ħruġ tal-Purċissjoni solenni ta' Ommna Marija, fil-Pjazza tal-Katidral Għawdex.

Exclusive property and copyright of the Leone Philharmonic Society A.D.1863. ©

Lyrics:

Ħarsu lejha,
Ulied ta' dil-Gżira.
Feġġet l-Awrora,
Ħierġa l-Kbira.

Doqqu ja qniepen
Tal-Knisja Ewlenija.
Selmu s-Sinjura,
Tal-ġmiel u s-sbuħija!

Ħalluha ħa tgħaddi,
Ddur mall-Belt tagħna.
Iftħulha d-djar tagħkom,
Biex tidħol tgħix magħkom!

Għannulha u kantawlha
Tifħir innijiet,
Morru għannulha
Mill-irħula u mill-bliet,

Għax hekk jixirqilha
Ix-xemx tal-ħolqien!

Doqqu ja baned
Ja qniepen ferħana!
Għaddejja r-Reġina
Iddur mal-Belt tagħna,

Għannulha poeti
Bl-ilsien tal-vjolini.

Fuq l-arpa mall-anġli
U s-sbieħ kerubini,
Dik l-għanja sabiħa,
Li nisġu l-Għawdxin,

Li Għawdex sar Ġenna,
Ta’ nies ferħanin!


Mużika: Paul Abela
Kliem: Ġanninu Cremona
Ikanta: Mario Caruana

Комментарии

Информация по комментариям в разработке