Tingħata l-aħħar tislima lill-artist Renzo Gauci

Описание к видео Tingħata l-aħħar tislima lill-artist Renzo Gauci

Jekk f’għajnejn id-dinja tilef il-battalja, fil-fidi Renzo rebaħ il-Ħajja ta’ Dejjem ... bħalma Ġesù deher li tilef il-ġlieda mal-mewt iżda mbagħad rebaħ ftit wara. Illum qed insellmu persuna li jekk kont tmur ħdejh b’fidi batuta, kien jara kif jagħmel biex iqawwihielek.

Hekk qal Dun Albert Buhagiar, Qassis minn Ħal Tarxien u li kien ħabib ta’ Renzo Gauci, artist popolari li għamel ħafna xogħolijiet f’diversi Knejjes u rħula madwar Malta u Għawdex. Hu ngħata l-Aħħar Tislima t-Tnejn waranofsinhar, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Tarxien.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке