Kellymni: Episodju 19 - Marica Cassar

Описание к видео Kellymni: Episodju 19 - Marica Cassar

Melanie Kelly titkellem ma’ Marica Cassar dwar ħajjitha. Kif ħafna jafu, Marica hija persuna li żżomm ruħha attiva u hija persuna ddedikata mmens għal dak li tagħmel. Kull ħaġa li tidħol għaliha b’ruħha u ġisimha – kemm jekk proġett tad-drama, kemm jekk sport u anke l-ħidma professjonali tagħha.

Hija titkellem dwar dan u anke titkellem dwar l-ewwel żwieġ tagħha, kif intemm iż-żwieġ u tistqarr li wara dan l-episodju ma riditx taf b’relazzjonijiet iżda donnu d-destin kien ħejja xi ħaġa kompletament differenti għaliha. Marica titkellem dwar l-influwenza ta’ ommha, u kif it-tfulija tagħha affettwat lil ħajjitha meta kibret.

Żgur li ċans li ssiru tafu lil Marica Cassar aħjar, lil hinn minn xi karattru fuq xi sensiela televiżiva jew inkella f’xi rwol uffiċjali.

Miġjub lilkom minn Miniso, Amrita Footcare & Wellness Centre, The Imperial Sliema, Banderas, The Icon for Her

Комментарии

Информация по комментариям в разработке