The JoyGivers - Imħabba f'Kemmuna (Cover)

Описание к видео The JoyGivers - Imħabba f'Kemmuna (Cover)

Awtur u Kompożitur: Frank O’Neill
Arrangament u Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers®'

Follow The JoyGivers:
Facebook:
  / thejoygiversband  
Instagram:
https://instagram.com/thejoygiversban...

https://thejoygiversband.com/

Imħabba f’Kemmuna

Jien ilmaħtek fuq l-iskuna
Li wasslitna sa Kemmuna
U dak ħuk bħal induna
Beda jegħmżek beda jtik b’minkbejh

Inżilna fil-bajja ta’ San Niklaw
Għajnejja bħal ġmielek qatt ma kienu raw
Ġewwa r-ramel int ħallejt
Il-passi ħfief biex niġi għal ħdejk

Bqajt miexi warajk bħal dell mistur
Bħal kaċċatur wara l-għasfur
Rajtek tħares taħt il-għajn
u wiċċek ħmar iżda mhux bix-xemx

Int bqajt tiela’ l-mogħdija
Li twassalna Santa Marija
Dik il-bajja tant kennija
Kellha tkun fid-destin tat-tnejn

Waqaft taħt is-siġar u sibt il-kenn
Mix-xemx tiżreġ sħuna li ma tafx tħenn
Hemmhekk rajtni riesaq lejk
Tbissimtli u jien... jien poġġejt ħdejk

Tkellimna fit-tul u dħakna lkoll
Xi ġralek id-dar? X’inqala’ x-xogħol?
Għajnejk koħol imsaħħrin
Serquli qalbi
Serquli s-sliem

Inżilna fil-bajja ta’ San Niklaw
Għajnejja bħal ġmielek qatt ma kienu raw
Ġewwa r-ramel int ħallejt
Il-passi ħfief biex niġi għal ħdejk

Tkellimna fit-tul u dħakna lkoll
Xi ġralek id-dar? X’inqala’ x-xogħol?
Għajnejk koħol imsaħħrin
Serquli qalbi
Serquli s-sliem

Frank O'Neill

Комментарии

Информация по комментариям в разработке