Kapitlu Tlettax & Julie Pomorski - Wicc B'Iehor

Описание к видео Kapitlu Tlettax & Julie Pomorski - Wicc B'Iehor

MUŻIKA MUŻIKA semifinalisti 2023
Lirika - Emil calleja Bayliss - Kapitlu tlettax
Mużika - Cyprian Cassar - Somnio Studios
PR - Managment - Ironic pr & artist management
Guitar - Wayne Camilleri

Lirika

Bis-serqa ħaristli
minn taħt int tbissimtli
li nħoss se jibqa’ midfun
għax qatt u qatt ma’ jista’ jkun.
Bis-serqa ż-żmien malajr tar tkebbset dil-fjamma nar
għax xtaqt nikseb jien kontroll bżonn li din l-għoqda nħoll
Biswitek wiċċ b’ieħor nuri inħbejt wara bukkett fjuri qatt ma ridt ebda inkwiet spiċċajt inħobbok fis-skiet.
Biswitek wiċċ b’ieħor nuri
b’li seħħ naf li m’intix kburi id-destin ma rah ħadd
naħseb tiegħek ma nkun qatt.


Ħarsa tagħtni,
affetwatni
Mort ’il bogħod minn min vera ħabbni u
Wisq probabbli illi nerġa’ ngħaddi mill-istess passaġġi
U qed inħossni gravi
Kruċjali, l-istat mentali
Mill-istonku, il-friefet għal ġo rasi.
Qalb il-blat, il-ward u inxewwek il-passaġġ U trid timxi ħafi.
Għax meta ridt nitlaq, żammejtni bi kliemek Għamejtni b’għemilek, imlejtni u taf.
Għalfejn qed tħallini nżommok u tgħidli nħobbok bil-moħbi fis-satra tad-dlam.
Imm’int għandek raġel li nagħmel pass inkun qed niġġennen,
Sigriet li qatt m’għidtlek sirt inħobbok imma miżżewweġ.



Biswitek wiċċ b’ieħor nuri inħbejt wara bukkett fjuri qatt ma ridt ebda inkwiet spiċċajt inħobbok fis-skiet.
Biswitek wiċċ b’ieħor nuri b’li seħħ naf li m’intix kburi

id-destin ma rah ħadd naħseb tiegħek ma nkun.
da destin,
ħadd ma rah
Inti għidtli li tiegħek ma nkun qatt

Imm’int ma tafx li fil-verità kull ħaġa illi nagħmel
Dejjem naffetwak
Bħal ma wegħdtni li tħobbni
Ma dan il-ħin li jiskorri
Meta ssir tafni, tiskopri fil-verità l-iskop
Provajt nurik kemm-il darba li nsejt kif inħobb Inti ġbidtni għan-nofs
U inti taf xi tħoss, meta.


Biswitek wiċċ b’ieħor nuri inħbejt wara bukkett fjuri qatt ma ridt ebda inkwiet spiċċajt inħobbok fis-skiet.
Biswitek wiċċ b’ieħor nuri b’li seħħ naf li m’intix kburi id-destin ma rah ħadd naħseb tiegħek ma nkun

Qatt .

Комментарии

Информация по комментариям в разработке