PATRI DIJONISJU MINTOFF PPREMJAT GĦALL-ĦIDMA VOLONTARJA TIEGĦU

Описание к видео PATRI DIJONISJU MINTOFF PPREMJAT GĦALL-ĦIDMA VOLONTARJA TIEGĦU

ONE.COM.MT • Patri Dijonisju Mintoff kien wieħed mir-rebbieħa waqt is-serata tal-Premju Nazzjonali tal-Volontarjat, li saret ilbieraħ.

KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: OPR

Patri Dijonisju Mintoff, il-Fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi, ngħata Premju Speċjali għal ħidma volontarja tiegħu bħala individwu fil-komunità.

Huwa kien fost ir-rebbieħa waqt is-serata tal-Premju Nazzjonali tal-Volontarjat għal din is-sena, li ġiet organizzata mill-Kunsill Nazzjonali għas-Settur tal-Volontarjat.

Preżenti kien hemm il-President ta’ Malta, George Vella, li stqarr li huwa ta’ min jammira d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha li huma parti mill-volontarjat.

Il-President Vella qal li l-volontarjat huwa wieħed mill-pilastri ewlenin li fuqhom iserraħ il-poplu tagħna, hekk kif il-volontarjat issibu f’kull settur tas-soċjetà.

Preżenti wkoll għal din is-serata kien hemm ukoll il-Ministru responsabbli mill-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli, li qalet li l-volontarjat huwa mibni fuq l-ispirazzjoni tal-voluntiera li ta’ kuljum jiddedikaw ħajjithom għall-benefiċċju tan-nies jew għal xi kawża ġusta.

Hija saħqet li, bil-kontribut tal-voluntiera s-soċjetà Maltija għada tkun aħjar minn dik tal-lum.

Intant, il-Premju Voluntier tas-Sena rebħitu Corinne Farrugia mill-RMJ Horse Rescue.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке