HOOLI - Dak Iz-Zmien

Описание к видео HOOLI - Dak Iz-Zmien

Video Credits:

Produced by - DBA ENTERTAINMENT
Director - Jason ZERAFA
Director of Videography - John GALEA
Editor - Chantal FENECH
Production - Francesca ABDILLA, Nathan CAMILLERI, Marco GAUCI, Lucienne MUSCAT, Nicole MUSCAT, George STELLINI, Tammy FALZON, Sam ZERAFA, Noah ZERAFA, Gaetano FARRUGIA
Make up by - Sarah DOUBLET

SPECIAL THANKS to - Yvonne FARRUGIA - Jason ZERAFA (DBA) - Elton ZARB - New Life Bar - Malta Bus COOP and all those who provided the props

Song:

Production - WickedandLoud
Produced by - Matteo DEPARES
Lyrics/Artist - HOOLI (Johnston FARRUGIA)

Dedicated to Hugo CHETCUTI


Lyrics -


Dak iż-Żmien - Hooli


Fejn hu dak iż-żmien
li konna nkunu flimkien int u jien?
inħabbtu u naħarbu il-ħabbati tal-bibien,
min jaf kemm għajjtu magħna il-ġirien?

Żewġ liri ballun nilgħabu bih fejn ikun
F’xi sqaq tar-raħal mhux bħal-lum
Niltaqgħu xi t-tlieta ta’ kuljum
B’lira kien ikollok it-tappini mal-qiegħ taż-żarbun

Minn hemm għad-dar għall-BIM BUM BAM
Cartoons u Bonolis flimkien ma’ Uan
It-tfal tampari kulħadd jarah
It-toroq sas-sitta kienu jkunu baħħ!!

Wara għan-noli jew xi ħarba
Ġewwa l-aktar postijiet imwarrba
Jew nilgħabu l-boċċi jew bil-caps
Inkella xi ġirja bil-BMX!

Tfulija tal-ġenn niġri
l’hawn u l’hemm
Bħal Zenigata wara Lupin
Kemm nixtieq nagħti ġidi
U nerġa’ ngħix tfuliti..

CHORUS

Darba wieħed qalli ngawdi minn meta nkun żgħir
Għax il-ħin itir u ż-żmien jgħaddi malajr
Tgħamilx għada dak li stajt għamilt illum
Erġa’ għamel l-istess jekk għada terġa’ tqum!

Part 2

Ħadd minna ż-żmien ma kien jgħodd
Waqt li bdejna nitfarfru bil-mod
Konna niftiehmu bit-telephone
U filli qtajnieh għat-3310!

Mal-grupp, ħabiba jew ħabib
Niltaqgħu il-Belt ħdejn tal-ħalib
Il-Ġimgħa u s-Sibt tarana hemm żgur
B’għaxar liri fil-but tħossok sinjur!

lx-xufier tal-linja raġel fuq l-irġiel
bi ħdax il-ċenteżmu għal Paceville!
Il-Ħadd wara nofsinhar huwa fatt
Ġewwa l-ajruport jiltaqa’ kulħadd..

Żgħażagħ kullimkien minn Malta kollha
L-aqwa li nimlew il-post b’dik il-folla..
Imħatri bejn il-ġuvintur min jgħabbi l-ewwel tfajla
Fl-għaxra u nofs għad-dar għal Umberto Smaila!!


CHORUS

Darba wieħed qalli ngawdi minn meta nkun żgħir
Għax il-ħin itir u ż-żmien jgħaddi malajr
Tgħamilx għada dak li stajt għamilt illum
Erġa’ għamel l-istess jekk għada terġa’ tqum!

Part 3


Iż-żmien fuqi għaddej u jekk saħħti tibda’ tħallini
Niftakar kemm gawdejt u għalhekk m’għandux jiddispjaċini

Ħaj-ja waħ-da għandi u ma ħlejthiex
Oppor-tunita’ ma nitlifhiex

Ma ngħix biex naħdem
Qatt ma nkun skjav tax-xogħol

Naħdem biex ngħix
Irrid ingawdi ukoll

B’hekk jien ma’ ħajjti għamilt kuntratt
Li jekk jista’ jkun ingawdi mit-Tnejn sal-Ħadd,
Dan huwa fatt u min jafni jista’ jgħid
Li jien dik il-persuna li “le” qatt ma ngħid!!

Biex noħroġ mid-dar dejjem insib skuża,
It-tgawdija għalija, ħaġa meraviljuża,
Tinsiex il-bieraħ storja u għada misteru,
Meta tarani x’imkien trid tgħidli li veru!


CHORUS

Darba wieħed qalli ngawdi minn meta nkun żgħir
Għax il-ħin itir u ż-żmien jgħaddi malajr
Tgħamilx għada dak li stajt għamilt illum
Erġa’ għamel l-istess jekk għada terġa’ tqum!

Комментарии

Информация по комментариям в разработке