Tonio Cuschieri - Innu 'Fjur tal-Karmelu' - Parroċċa Madonna tal-Karmnu, Balluta

Описание к видео Tonio Cuschieri - Innu 'Fjur tal-Karmelu' - Parroċċa Madonna tal-Karmnu, Balluta

Innu 'Fjur tal-Karmelu' - Parroċċa Madonna tal-Karmnu, Balluta

Lirika:
Fjur tal-Karmelu tfewwaħ
Fi Qlubna li nħobbuk
Omm il-feddej w Omm tagħna
B’fomm wieħed infaħruk

Aħna l-Karmelitani
Bik aħna tant kburin
Għax int tgħatina l-qawwa
Biex nibqgħu fil-qalb safjijn

Min jixħet ħarstu fuqek
U jħares f’għajnejk ħelwin
Jimxi fit-triq li twassal
Għal dar ibnek mal-qaddisin

Int tajtna l-labtu Mqaddes
Li tul iż-żminijiet
Fost il-ġemgħa ta’ wliedek
Wettaq l-egħġubijiet

Bil-labtu fuq sidirna
Ma naqtgħu qalbna qatt
Ngħaddu mill-mewġ tal-ħajja
U żgur ma jintilef ħadd

Int wegħdtna li min jilbsu
Dal-labtu u jżommu sħiħ
Fl-aħħar ta’ ħajtu jsibek
F’bieb il-ġenna qed tistenieħ

Fjur tal-Karmelu ħares
Fuq il-Gżejjer Maltin
Żomm idejk fuq dal-Poplu
Li ħabbek tul is-snin

Sultana tal-Qalb tagħna
Omm Alla w il-bnedmin
Żomm sħiħa f’Malta tagħna
l-Imħabba l-ibnek Divin

Aħna l-Karmelitani
Din l-għanja ngħannu flimkien
Biex tibqa sħiħa l-għaqda tagħna
U tissaħaħ tul is-snin

Mużika: Michael Borg
Lirika: Marie Therese Vassallo
Kantant: Tonio Cuschieri

Комментарии

Информация по комментариям в разработке