L-AĦĦAR PREPARAMENTI GĦAL ĦAJT AĦDAR FIL-MARSA-ĦAMRUN BYPASS

Описание к видео L-AĦĦAR PREPARAMENTI GĦAL ĦAJT AĦDAR FIL-MARSA-ĦAMRUN BYPASS

ONE.COM.MT • Fi tmiem din is-sena l-eluf li ta’ kuljum jgħaddu mill-Marsa-Ħamrun Bypass ser jibdew jinnuttaw ġnien vertikali mal-ġenb tat-triq.
Dan hekk kif bħalissa jinsabu għaddejin l-aħħar preparamentI għal ħajt aħdar tul daqs aktar ta’ tliet grawnds tal-futbol ta’ ħajt tal-konkos.
Ħajt li ser jagħti dehra ambjentali u differenti lil din it-triq u li ser ikun ikkumplimentat minn xogħlijiet artistiċi magħmula mill-istudenti tal-MCAST.

KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: SHAUN CUCCIARDI

Sa tmiem din is-sena mistenni jibda jħaddar ġnien vertikali mħejji mill-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, fil-Marsa-Ħamrun Bypass.
Dan il-ġnien vertikali ser ikun qed jinkludi pjanti differenti u li jħaddru matul is-sena kollha tul 350 metru ta’ ħajt tal-konkos mal-ġenb tal-karreġġjata tan-nofsinhar tal-Marsa Ħamrun Bypass.
Dan l-istazzjon żar ix-xogħolijiet li qed isiru fuq dan il-ħajt tal-konkos sabiex jitħejja l-hekk imsejjaħ ħajt aħdar. Dan b’investiment ta’ nofs miljun ewro.
Dawn l-istrutturi vertikali jkollhom tipi differenti ta’ pjanti mħawlin f’kontenituri żgħar ta’ ħamrija ħdejn xulxin, b’mod li l-ħajt sħiħ jidher kompletament imħaddar.
L-inġinier Robert Schembri spjega wkoll kif din l-istruttura tinkludi wkoll sistema ta’ irrigazzjoni sabiex il-pjanti kollha jkunu jistgħu jissaqqew regolarment.

ROBERT SCHEMBRI
INĠINIER

Wara dan il-ħajt hemm ġibjun imdaqqas li minnhu se nkunu qed ninstallaw sistema ta’ irrigazzjoni bil-pompi li din tinfirex matul il-ħajt kollu, tul 350 metru, li b’sistema awtomatika, b’sensors apposta tkun tista’ ssaqqsi l-ħajt kollu speċjalment fis-Sajf meta jkun hemm sħana u nuqqas ta’ xita.
Permezz ta’ dan il-proġett ambjentali din ir-rotta li jgħaddu minnha għexieren t’eluf ta’ persuni ser tingħata bixra ġdida.
Bixra ambjentali li ser tkun ikkumplimentata wkoll minn xogħlijiet artistiċi.

ROBERT SCHEMBRI
INĠINIER
Biex nikkumplimentaw dan il-ħajt għamilna arranġament mal-istudenti u l-amministrazzjoni tal-MCAST biex parti mill-ħajt nagħmlu dak li bl-ingliż jissejjaħ Street Art. Forsi xi ħaġa ġdida għal Malta. Dan parti mal-ħajt jkun istallazzjoni artistika b’kollaborazzjoni mal-MCAST u mal-istudenti tal-MCAST.
Il-pjanti ssuġġeriti għal dan il-proġett jinkludu fost oħrajn, sogħda, ċistu, leblieb, fexfiex tal-irdum, kromb il-baħar isfar, lantana xeblieka, klin, salvja, żebbuġija u tewm vjola.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке