Innu Marc San Guzepp - Anton Muscat Azzopardi

Описание к видео Innu Marc San Guzepp - Anton Muscat Azzopardi

Innu Marċ San Ġużepp - Anton Muscat Azzopardi

Mal-Banda jieħdu sehem il-Kor.

Copyright: Għaqda Mużikali L'Isle Adam AD1860 - Rabat

Versi: Dr. George Zammit

Meta fl-aħħar wasal dak il-ħin
Li mis-sema fostna jinżel il-Feddej,
Liema raġel twajjeb u ħanin
Bhal missieru għoġbu jagħżel il-Mulej?
Inti biss f’di’ d-dinja kont maħtur
Ħalli tħares ma’ Marija dak il-fjur
Hekk mis-sema llum
Ħares lilna wkoll
Li nsellmulek bħal Missier, lkoll.

Hawn ma’ dwarek miġburin,
Fl-għaqda mqaddsa ta’ tjubitek,
B’għajta waħda lkoll kburin
Ngħollu l-glorja ta’ qdusitek:
Inti twajjeb, int missier,
Bl-għola, giħ inti meqjum:
Hawn f’iġlejk, b’wiċċna lejk;
Żommna lkoll dejjem ħdejk
Nitolbuk magħna tkun
Fl-aħħar jum.

Patrijarka, dik ir-ras
Li kuruna llum żżejjen,
Jistħoqilha l-għola ħlas
Għax qerq l-għadu taf ixxejjen.
Int fis-sema nkurunat
Minn min Ibnek ken f’din l-art
Ħajr nagħtuk, infaħħruk
Talli, biex inħobbuk
Bħala wlied maħbubin
Lilna ħtart.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке