Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar – Tisħiħ tas-Settur tal-Volontarjat

Описание к видео Fondi Ewropej għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar – Tisħiħ tas-Settur tal-Volontarjat

Is-santwarji tal-annimali jiffaċċjaw diversi sfidi biex jipprovdu kura bażika u kenn lill-annimali abbandunati u abbużati. Waħda mill-akbar sfidi li jiffaċċjaw hija n-nuqqas ta’ voluntiera.

Għaldaqstant, il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, l-MCVS, bħalissa qed jikkordina proġett permezz tal-fondi Ewropej sabiex jiġu numru ta’ voluntiera minn pajjiżi oħra Ewropej u jagħmlu volontarjat fis-santwarji tal-annimali.

L-Assoċjazzjoni għall-Ħarsien u l-Kura tal-Annimali, l-MSPCA, hija waħda mill-organizzazzjonijiet li bbenefikaw.

Kif jidher f’dan il-filmat, il-volontiera jqattgħu sigħat fuq perjodu ta’ żmien fix-shelter tal-MSPCA fejn huma jaħdmu flimkien ma’ voluntiera oħra sabiex jagħtu ħajja aħjar lil dawn l-annimali.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil SEM fuq [email protected] jew 2779 7300.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке