The JoyGivers - Baħar Jaqsam (Official Music Video)

Описание к видео The JoyGivers - Baħar Jaqsam (Official Music Video)

Awtur: Etienne Micallef
Kompożizzjoni: 'The JoyGivers®'
Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers®'
Drittijiet Esklussivi ©: 'The JoyGivers®'
Filmati u muntaġġ: Ricky Bugeja Filming

Follow The JoyGivers:
Facebook:
  / thejoygiversband  
Instagram:
https://instagram.com/thejoygiversban...

https://thejoygiversband.com/

BAĦAR JAQSAM

Ġo Għawdex tgħammar koppja
Ħenjin u wisq twajbin
Ilhom miżżewwġa għomor
Qabżuhom is-sittin

Tonin mir-Rabat Malta
U Karmni minn Nadur
L-imħabba dawn laqqgħethom
Fil-fliegu fuq vapur

Għall-bidu ma kienx faċli
Li jifhmu lil xulxin
Miskin kemm regħex Toninu
Xi trampi x’waħda din!

Hemm baħar jaqsam
Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin

Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin

Fettul għal Karmni tagħna
Kemm tbillu fil-kafe`
Tonin ma joqgħodx lura
Għal xi biskuttel mat-te`

Għan-naxra iċ-ċombini
Mhux labar tal-inxir
Flok pirmli ħu l-pinuri
Jgħaddhielek f’ħin qasir

Dal-kliem hekk differenti
Iqabbdek sew il-mejt
Tistodri tkun trid l-arja
Fil-mandra jew fuq bejt

Hemm baħar jaqsam
Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin

Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin

U l-lingwa tibqa’ ħajja
Qawsalla tfur bl-ilwien
Il-Malti pur jew mgħawweġ
Tħaddem matul iż-żmien

Jeħtieġ illi nħarsuhom
Daqs mitqlu deheb jiswew
Biex qatt ma nitilfuhom
Jew x’ħasra jintesew

Hemm baħar jaqsam
Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin

Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin

Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin

Комментарии

Информация по комментариям в разработке