DISKORS TA’ BERNARD GRECH ANKRAT FIL-PASSAT

Описание к видео DISKORS TA’ BERNARD GRECH ANKRAT FIL-PASSAT

ONE.COM.MT Waqt id-diskors tiegħu tal-meeting Nazzjonalista għall-Indipendenza, Bernard Grech reġa’ kien maqtugħ mir-realtà u kompletament ankrat fil-passat.

Il-messaġġ tiegħu kien wkoll jikkontradixxi kompletament s-slogan li għażel għall-attivitajiet ta’ din is-sena – ’Il Quddiem – l-istess bħalma kien fl-2013, meta kien hemm Simon Busuttil Kap tal-Oppożizzjoni.

KITBA: RUSLANA BARBARA

FILMAT: ARKIVJI

Waqt diskors diviżiv għall-aħħar, fil-meeting organizzat mill-Partit Nazzjonalista l-Ġimgħa filgħaxija biex jiċċelebra s-60 sena tal-Indipendenza, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, ripetutament, baqa’ jsemmi l-passat u kif irid ireġġa’ l-arloġġ lura.

Fil-fatt, hu qal li l-Partit Nazzjonalista għandu passat li hu kburi bih, anke jekk, ħdax-il sena ilu, il-poplu kien ivvota bi ħġaru biex jara bidla fid-direzzjoni tal-pajjiż.

Grech irrefera għall-istess passat fejn l-ekonomija kienet staġnata, ir-rata tal-qgħad kienet l-ogħla fl-istorja u l-Gvern Nazzjonalista kien, fost l-oħrajn, iddieħaq bil-kaċċaturi u n-nassaba, wara li kien wiegħed li dawn id-delizzji ma setgħux jinqatgħu minn fostna.

BERNARD GRECH

KAP NAZZJONALISTA
“Passat u preżent li hu kbur bih.”

Fil-fatt, Grech, żied jgħid, li hekk kif il-poplu għarfu fil-passat, jerġa’ jagħrfu llum.

BERNARD GRECH

KAP NAZZJONALISTA

15:40 - “Għaraftuna fil-passat, tagħrfuna llum.”



Ironikament, tant kemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha ankrata fil-passat u ma tidhirx li lesta tiċċaqlaq, ukoll biċ-ċar mis-slogan li għażlet it-tmexxija ta’ Bernard Grech għal din is-sena.

Fil-fatt is-slogan – ’Il Quddiem – hu l-istess bħalma kien fil-festi tal-Indipendenza ta’ ħdax-il sena ilu, meta dak iż-żmien Simon Busuttil kien il-Kap Nazzjonalista.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке