Kellymni: Episodju 22 – Shasha Fabri

Описание к видео Kellymni: Episodju 22 – Shasha Fabri

Melanie Kelly titkellem ma’ Shasha Fabri dwar l-esperjenzi li għaddiet minnhom tul ħajjitha. Hi taqsam l-istorja ta’ meta skopriet li hi marida, tirrakkonta l-istorja tal-inċident li kellu l-eks-raġel tagħha li finalment wassal biex jisfaxxa fix-xejn iż-żwieġ tagħha minkejja l-imħabba kbira li kellhom u r-rispett li għadhom iħaddnu sal-lum.

Shasha tirrakkonta wkoll dak li għaddew jew għaddejjin minnu ħbieb u familjari tagħha. Hi tgħid li diffiċli mmens li tara lil dawk li tħobb għaddejjin minn tbatija kbira, fejn m’għandha l-ebda kontroll u ma tista’ tagħmel xejn biex itaffilhom ftit l-uġigħ li għaddejjin minnu.

Shasha tirrakkonta wkoll kif bdiet fid-dinja tal-irtokk u l-irtokk fuq nies li ħallew din id-dinja. Żgur li mhux faċli u trid vokazzjoni kbira iżda s-sodifazzjon li jagħtiha dan ix-xogħol hu wieħed kbir.

Hi titkellem fuq Sven u t-trobbija tiegħu, kif ukoll issemmi t-trobbija tagħha u kemm missierha għadu preżenti f’ħajjitha u kif jakkumpanjaha f’diversi postijiet u jagħtiha l-pariri tiegħu fuq ix-xogħol li twettaq.

Nemmnu li permezz ta’ Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Shasha aħjar u tapprezzaw il-bniedma wara l-isem u l-irtokk ta’ ħafna personalitajiet fuq it-televixin.

Miġjub lilkom minn Renault Malta | Banderas, The Icon for Her | Amrita Footcare & Wellness Centre

#kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #shashafabri

Комментарии

Информация по комментариям в разработке