Sacro Cuor - 'INT SULTANA TAS-SLIMIŻI' - l-Innu taċ-Ċentinarju - Mro Lesley Tabone/Joseph Cuschieri

Описание к видео Sacro Cuor - 'INT SULTANA TAS-SLIMIŻI' - l-Innu taċ-Ċentinarju - Mro Lesley Tabone/Joseph Cuschieri

'INT SULTANA TAS-SLIMIŻI'

Vuċi; AMBER Bondin

Fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema 1923-2023

Versi;

Insellmulek O’ Madonna,
Imħabbitna iddur lejk,
Lejn il-ħarsa ħelwa tiegħek,
Omm ta’ ħniena, mħabba w’kenn

Wisq sabiħa ġawhra tagħna,
F’wiċċek jiddu ġmiel għajnejk,
Xbieha imbierka u meqjuma,
Bit-talb tagħna nersqu lejk

Rit:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana

O’ Marija xemx li tiddi,
Xbejba safja, tfuħ bħal ward,
Ismek għani bil-qdusija,
Ġmielek jgħaxxaq lil kulħadd

Verġni Mbierka u Santissima,
Għinna nersqu dejjem lejk,
Taħt mantalek ilkoll żommna,
Hawn mixħuta lkoll f’riġlejk

Rit:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana

Qalb ħanina, Glorja t’Alla,
Il-maħbuba tal-Mulej,
Int Reġina fl-art u s-sema,
Omm ta' Kristu il-feddej,

O Patruna sbejħa tagħna,
Lillek aħna wisq ngħożżuk,
Bħal ma’ għamlu ta’ qabilna,
Nibqgħu dejjem inħobbuk


Rit x2:
F’das-Santwarju lkoll inġbarna,
Infaħruk Inkurunata,
Qalb Imqaddsa kun ‘l Omm tagħna,
tas-Slimiżi inti s-Sultana

Комментарии

Информация по комментариям в разработке