Proġetti b’Fondi Ewropej - Proġett tas-Sala tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, Ħal Luqa

Описание к видео Proġetti b’Fondi Ewropej - Proġett tas-Sala tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, Ħal Luqa

L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, bl-għajnuna ta’ SEM kisbet fondi Ewropej mill-programm LEADER amministrat mill-Fondazzjoni GalXlokk, biex torrinova s-sala tal-każin.

Il-banda Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa twaqqfet fl-1883 bil-għan li tippromwovi l-istorja kulturali ta’ Ħal Luqa permezz tal-attivitajiet li torganizza, b’mod speċjali dawk marbuta mal-festi tal-Milied, tal-Ġimgħa l-Kbira, tal-Għid u tal-Festa ta’ Ħal Luqa.

L-għan ta’ dan il-proġett kien li tiġi mgħammra sala fil-każin biex tkun tista’ tagħmel iktar attivitajiet matul is-sena u żżomm ħajja l-kultura fil-lokalità. Ix-xogħol li sar fis-sala kien jinkludi l-art tal-irħam, suffitt, dwal u l-arja kundizzjonata.

Комментарии

Информация по комментариям в разработке